Filwaqt li dan il-gentlom jibbaza l-argumenti tieghu fuq kuxjenza mill-izjed safja u principji sodi, tajjeb li min ghandu memorja kemmxejn qasira jitfakkar dan il-bniedem u l-famija (jew ahjar clan) tieghu maxtru taht gvern tal-PN.
Infatti, fl-2009, il-gvern ta GonziPN kien biegh, jew ahjar irregala, lill-Island Hotels Group (tas-Sur Zahra & family) il-kumpless ta' Hal Ferh ghas-somma ridikola ta' 12 il-miljun Ewro. Iva, 83,000 metr kwadru f'art b'cens perpetwu ghal mizerja ta' 12 il-miljun Ewro (ara hawn)!
X'ma jirsistix biex jerga jara lill-PN fil-gvern is-Sur Zahra biex jimxi mal-principju. Il-principju ta' dawk li jekk jistghu jieklu anke bi tlett ihluq kieku possibli.
Madankollu, hemm problema illi ftit minn dawk li fil-PN qed jifirhu b'Zahra qed jiftakru: li s-Sur Winston J Zahra u l-'imperu' tal-familja (Island Caterers) huma fost il-Maltin li isimhom gie zvelat fil-famuzi Panama Papers.
Tghid jghidilna Simon Busuttil hux welcome il-clan ta' Zahra bil-kont sigriet fil-Panama b'kollox? L-ahhar u mhux l-inqas, Veru li fl-ahhar granet, Zahra xtara numru 'astronomiku' ta' cedoli sigrieti tal-PN ghal 10,000 Ewro l-wiehed?


