Matul l-ahhar sighat, waslulna rapporti mis-sors li ghandna gewwa d-Dar Centrali rigward glieda kbira fil-kwartieri tal-PN.
Jidher li l-glied beda wara l-ahhar blog li tfajna rigward il-fatt li Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi irrifjutaw li jindirizzaw l-ahhar mass meeting tal-PN fuq il-Fosos.
Jidher li persuna mic-cirku ristrettissimu madwar Simon Busuttil ipponta subajgh lejn persuna ohra fil-PN bhala sors possibli tal-leaks mill-PN. Dan wara li Busuttil sahaq fuq li sahaq li akkost ta' kollox ma kellu johrog fil-publiku li EFA u Gonzi kienu bezqulu s-sunnara.
Jidher li l-argument kompla jishn wara li dan is-'suspettat' inkorla sew u nfexx jghajjar lil klikka ta' Busuttil li "l-partit taghna gibtuh il-paljazza ta' Daphne Caruana Galizia" u li kien se jgharralhom jekk kien minghalihom qed jahsbu li li jitfghu it-tort tat-telfa li tidher gejja fuq dahar Nazzjonalisti genwini li kienu taw hajjithom ghall-partit. Dan f'tentattiv biex izommu lil Busuttil bhala kap tal-PN.
Jidher li numu ta' nies gew fl-idejn u l-glieda damet sejra ghal ftit hin mhux hazin.
