Wednesday, 31 May 2017

AGGORNAT-BREAKING-EXPLOSIVE: Akkuzi serji kontra Simon Busuttil minn kuginuh stess


Ftit hin ilu, ghadna kif gejna mgharrfa b'recording li William Robert Busuttil - kugin ta' Simon Busuttil - qieghed jiccirkula fuq l-internet mill-iStati Uniti, fejn jghix.
Wara li jiddikjara l-identita' tieghu flimkien mad-dettalji tal-ID, William Robert jispjega kif Simon Busuttil - prezentament kap tal-opposizzjoni - gidiblu biex jipprova jimbruljah rigward wirt konsiderevoli fil-familja Busuttil.

Isimghu ir-recording shih billi tikklikkjaw hawn.

"Veru li" qieghed jipprova jaghmel kuntatt ma William Robert sabiex niksbu iktar informazzjoni, u minn hawn naghmlu appell lil kull min forsi jista jpoggina f'kuntatt mieghu biex jiktbilna mill-aktar fis b'mod kunfidenzjali fuq: veruli2017@gmail.com   

Filwaqt li nghaddulkom iktar informazzjoni jekk, kif u meta taslilna, nistennew bil-herqa reazzjoni ghal dan id-diskors hireg diretament minn fomm din il-persuna minn dawk li tul dawn l-ahhar xhur kienu tant pronti jaccettaw bhala vangelu allegazzjonijiet u kongenturi minghajr l-icken farka ta' evidenza kontra haddiehor. L-ewwel wiehed fosthom - Simon Busuttil innifsu.

AGGORNAT - 31/05/2017

@ 17:52
Fi stqarrija, Simon Busuttil jghid li din "gidba ta' Joseph Muscat", li lil William Robert Busuttil ma jafux ... u bilkemm ma jghidx li dan tal-ahhar ma jezistix. Araw rapport minn iNews billi tikklikkjaw hawn

u TMI hawn.

@ 18:07
Ghadna kif ikkonfermajna minn sorsi ta' min jorbot fuqhom li William Robert Busuttil jezisti veru u huwa verament il-kugin ta' Simon Busuttil. Se naghmlu minn kollox biex nipruvaw nikkuntattjawh. Fil-frattemp, permezz ta' kuntatti fl-iStati Uniti, komplejna nikkonfermaw l-ezistenza ta'William Robert (ara screenshots ta' databases Amerikani hawn taht).



AGGORNAT - 01/06/2017

@ 06:40
"Veru Li ..." jista jikkonferma li rnexxielna nsibu u naghmlu kuntatt ma  William Robert Busuttil li mhux talli verament jezisti izda talli bhalissa jinsab il-Germanja u li kkonferma maghna li huwa verament il-kugin ta' Simon Busuttil ("I am Simon's cousin, unfortunately") filwaqt li wkoll ikkonferma l-awtenticita tar-recording bl-allegazzjonijiet fil-konfront ta' kuginuh.
Minn hawn, nirringrazzjaw ir-ruxxmata nies li kkuntattjawna u li bl-ghajnuna taghhom irnexxielna naghmlu dal-kuntatt. Dan minkejja ruxxmata ohra ta' nies li kitbu biex jghajjruna giddibin u jghidulna li dal-bniedem lanqas biss jezisti! Mur obsor!

@11:42
Minn hawn, nisfidaw lil Simon Busuttil jghidilna x'konnessjonijiet ghandu ma "Busuttil estate"???

Iktar fis-sighat li gejjin.