Kull min jaf sew lil Simon Busuttil, jghidlek ukoll li fil-fond ta' qalbu Busuttil jemmen bis-shih fl-iktar forma 'estrema' ta' Unjoni Ewropea - speci ta' 'stati uniti tal-Ewropa jew 'super-stat Ewropew'.
Infatti, haga li llum il-gurnata Busuttil ma tantx ihobb min jirrefera ghaliha hija li ghal bosta snin qabel dahal fix-xena publika, Busuttil kien segretarju generali tal-fergha Maltija tal-Moviment Ewropew (ara hawn) - ghaqda Ewropea li l-ghan ewlieni taghha minn dejjem kien il-holqien ta' stat federali Ewropew.
Filwaqt li hija haga li tkun konvint li post Malta huwa bhala stat membru Ewropew, hija assolutament haga ohra li tkun temmen u taspira li pajjizek ikun l-Ewropa, u Malta sempliciment villagg jew regjun f'dik l-Ewropa. Veru li kif jaf jghidlek min jafu sew, Simon Busuttil huwa fost dawn tal-ahhar?
Veru li ghal Busuttil, l-interessi specifici ta' Malta, huma sekondarja ghal dawk li jistghu ikunu interessi konfliggenti Ewropej u li jekk hemm bzonn ghandna nikkompromettu l-interessi taghna jekk dawn ikunu jikkuntrastaw mal-interessi supremi Ewropej? Veru li kieku jigi kostrett li jkollu jaghzel, l-ewwel lealta' ta' Simon Busuttil tkun lejn l-Ewropa u mhux lejn Malta?
Kif kulhadd jaf, Simon Busuttil ghandu habta jhalli lsienu jigri bih. Kliem li ghalkemm illum jinzamm mistur kemm jista jkun, baqa jidwi f'widnejn hafna huwa dak li kien qal ftit snin ilu, precizament fl-2012 (ara hawn), fejn kien qal:
"Qieghed fil-politika minhabba l-Ewropa u mhux fl-Ewropa minhabba l-politika".
Diskors li jfisser hafna hbieb. Omoghduh, omoghduh sew.

