Ohra mill-maghzulin divini minn min verament imexxi l-PN m'hija hadd hlief Roberta Metsola Tedesco Triccas.
Filwaqt li hafna zaghzagh ohra kienu jitbaghalu jahdmu ghall-PN, jippruvaw li forsi jibnu karriera politika fi hdan il-partit taghhom, Triccas kellha passaport tad-deheb li permezz tieghu, minn imkien, anzi friska friska minn fuq il-bank tal-universita', sabet ruhha bhala protagonista tal-PN. Dal-passaport ma kien had hlief David Gonzi - iben Lawrence Gonzi, dak iz-zmien Prim Ministru u kap tal-PN.
Dak iz-zmien, David Gonzi u Roberta kienu mahbubin, u b'hekk it-talija malajr sabet ruhha 'fuq quddiem' fil-PN, bit-triq spjanata biex fl-iqsar zmien possibli sabet ruhha MEP.
Hekk isiru l-affarijiet fil-PN, ovvjament bil-barka ta' dak li verament imexxi l-PN minn wara l-kwintiu u li fi Triccas jidher li sab il-'baby' tieghu meta jasal iz-zmien; jigifieri wara li Simon busuttil ikun skada l-uzu tieghu sakemm il-PN jirkupra ftit mit-tkaxkira tal-2013 u t-telfa li qed jistennew fit-3 ta' Gunju 2017.
Ghal min ma jafx sew, minkejja li (biex izommuh kwiet) David Casa huw l-kap tal-membri Nazzjonalisti fil-Parlament Ewropew, kienet propju Triccas li giet moghtija r-responabilita' direttament 'minn fuq' biex tikkoordina l-kampanja aggressiva kontra pajjizha stess matul dawn l-ahhar snin.

