Tfuh kemm tfuh, tinten kemm tinten, hadd ma jista jkun jaf x’ikun verament qed itektek fil-borma hlief dawk li jkunu hawwruha.
Imkien m’huwa dal-hsieb iktar validu minn meta mqabbel mal-hajja ta’ koppja mizzewga. Huwa hsieb li sa xi zminijiet ilu kwazi dejjem iggwida gurnalisti Maltin sabiex jittrattaw il-problemi fiz-zwieg ta’ nies fil-hajja publika b’delikatezza u galbu.
Sfortunatament dan kollu ttajjar mar-rih minn persuna wahda li tul dawn l-ahhar snin hasset li biex timbotta l-agenda politika taghha tista wkoll tinqeda bil-hajja privata fiz-zwieg ta’ individwi … kumbinazzjoni kollha marbutin b’xi mod mal-PL.
X’ma qalghux ghal wicchom nies bhal Jeffrey Pullicino Orlando, Robert Musumeci, Owen Bonnici, Janice Bartolo … u ohrajn minn min assuma li kellu xi dritt divin li jiggudikahom u jikkundanahom daqs li kieku kien jaf fattihom billi jorqod u jqum maghhom?
U fuq in-naha tal-PN: kulhadd migbur, zwigijiet riha ta’ gizimin, kulhadd qaddis, kulhadd beatu … sakemm tfacca dal-blog.
Informazzjoni ta’ min jorbot fuqha tghidilna li bhalissa, hemm numru ta’ qrejjen u skandli jintnu seba pesti li jinvolvu esponenti fil-PN.
Smajna li-iprem wiehed pero, jinvolvi ex-ministru mizzewweg li jipprogetta ruhu bhala l-moralista par excellence tal-PN, paladin tal-gustizzja, kandidat ghall-beatitudni f’hajtu stess.
Veru li … dan il-kampjun tal-manswetudni, wara sensiela twila ta’ qrejjen lil povra martu, issa wasal biex sahansitra hareg tfajla tqila? Veru li … l-PN jinsab imwerwer li dan il-kaz johrog fil-publiku u jimbarazzah sew lejlet elezzjoni? Dal-politikant se jkollu l-kuragg jispjega eghmilu fil-publiku meta bhalissa qed ihabbat lin-nies ghall-vot taghhom?
Forsi jixtieq jghidielna hu l-istorja halli zgur inkunu qed nghidu l-verita? Jekk filkaz jibghatielna fuq: veruli2017@gmail.com
Iktar dettalji fil-granet li gejjin.
