Thursday, 13 July 2017

Bejn il-'hbieb'(?)



Il-bierah filghodu, l-avukat Chris Said - wiehed minn dawk li s'issa ddikjaraw li se jikkontestaw ghall-kariga ta' kap tal-PN - deher mitluf f'diskursata mal-avukat Bernard Grech, madwar mejda ta' cafe' fi pjazza ewlenija.

Id-diskursata dehret wahda mqanqla w'intensa hafna, izda min jaf x'kienu qeghdin jghidu dawn iz-zewg avukati primi?


L-avukat Bernard Grech ta' lill-PN palata tajba fl-ahhar kampanja elettorali kemm b'kitbiet u permezz ta' diversi interventi li ghamel fuq il-medja kif ukoll billi shansitra indirizza wiehed mill-mass meetings tal-PN (ikklikkja hawn). Jinghad li dan niezel tajjeb hafna ma bosta attivisti Nazzjonalisti li kienu certi li Grech ser ikun l-istar candidate tal-PN ghal dik l-elezzjoni. Dan pero ma sehhx. Wara t-tkaxkira tat-3 ta' Gunju, bosta minn dawn l-attivisti bdew ukoll sahansitra jsemmu lil Grech bhal wiehed mill-kandidati prospettivi ghat-tmexxija tal-PN .... fatt li izda ma sehhx lanqas, ghallinqas s'issa.



AGGORNAT - 13 ta' Lulju, 13:23

Intant jidher li l-avukat Chris Said ghaddej b'maratona ta' 'diskursati mqanqla w'intensi' bejn avukati hbieb. Ezattament dal-hin, ghaddej b'ohra ma avukat iehor - il wisq beatu Jason Azzopardi - gewwa l-lukanda Excelsior. F'din ic-cirkostanza, Dottor Azzopardi zamm mal-prassi tieghu billi bhal ma sikwit jaghmel, halla l-karozza tieghu ipparkjata b'mod illegali (araw hawn taht ritratt mehud ftit minuti ilu).






No comments:

Post a Comment