Li s-Sur Jonathan Ferris, minn ckunitu u mill-familja, minn dejjem kien qrib hafna tal-PN, huwa fatt maghruf u ghandu kull dritt. Pero' li s-Sur Ferris jilghabha ta' xi paladin newtrali w'imparzjali tas-sewwa minghajr ebda agenda partiggjana kif qieghed jaghmel bhalissa huwa inaccettabbli.
Ghalkemm qieghed ipeclaq hafna, is-Sur Ferris m'huwiex jghidilna kollox, izda dak li jaqbel lilu u lill-partit tieghu biss. Per ezempju, ma qalilniex x'mar jaghmel Brussell iktar kmieni din il-gimgha (28 ta' Novembru / KM 420) flimkien mal-paladin l-iehor tar-'rule of law' - Jason Azzopardi?
Ir-ritratti esklussivi (courtesy of our 'international network of spies') li qed nippublikaw juruhom mat-tluq kif ukoll wasla taghhom lura Malta nhar l-Erbgha 29 ta' Novembru, fil-23:09 permezz ta' KM 421.
Mal-wasla taghhom, biex ic-cirku jkun komplut, inghaqad maghhom il-percimes tal-attakki kontra Malta fi Brussell - l-MEP David Casa. Xi beneficcju tad-dubbju li forsi setghu kienu fuq l-istess titjira b'kumbinazzjoni jixxejjen mill-fatt li nafu bic-cert li l-biljetti tat-titjira ghal Ferris u Azzopardi gew ibbukkjati mill-istess persuna minghand FCM Travel Solutions - agenzija tal-ivvjaggar fi Brussell. X'ghandek xi twiegeb ghal dan Sur Ferris?
P.S. Naghmluha cara daqs il-kristall, li dan kollu m'ahniex qed ingibuh biex naqbdu ma, jew 'inbezzghu' lis-Sur Ferris, izda f'isem it-trasparenza, 'gurnalizmu investigattiv', 'freedom of expression'..... ecc.ecc. ecc. .... kif gejna mghallma tant tajjeb mill-ezempju ta' xi whud, hajjin u mejtin, matul dawn l-ahhar snin.






Jekk J.A huwa Kugin ta J.F
ReplyDelete