Fil-post tiegħu
l-Acapulc' juża kliem iebes fil-konfront tal-Amministrattiv (tal-PN) li skond hu,
ddeċieda li jisraq il-vot minn idejn il-Kunsilliera u t-tessarati tal-PN. Bħal ħafna l-Acapulc’ qed ixomm li din
il-manuvra hija ntiża biss sabiex l-elezzjoni għall-ħatra ta’ kap ma ssirx u għalhekk Simon
Busuttill jibqa’ jmexxi l-PN.
L-Acapulc'
jitkellem ukoll dwar xogħol il-ġurnalisti u dwar kemm dawn għandhom
ikollhom il-liberta’ li jagħmlu xogħolhom.
U hawn nistaqsu: x’żamm lil Mario - li jridha ta’ ġurnalist
investigattiv, milli jinvestega l-allegazzjonijiet li għamlet
Galizia? Veru li din id-darba ma tawħx
il-liberta’ li jinvestiga? Veru li Mario
Frendo jkollu biss il-liberta’ li jinvestiga meta l-mira ta’ DCG jkun xi
esponenti tal-Partit Laburista? Veru li din
id-darba Mario Frendo nnifsu qed jara illegalitajiet f’dak li kitbet DCG?
Ehhh Acapulc jaħasra, kemm stajt qattajtu aħjar il-ħin għall-gid tal-PN flok tigri bil-bathrobe fil-briedel Tedeski!!! Mur għidlek x'kien gej minn dik l-arja kollha; jewilla anke lilek daħħlu fil-ħajt?
![]() |
| Mill-burdell tal-Germanja ... ghal burdell ikbar f'tal-Pieta' (photo credit - lovin'Malta) |


No comments:
Post a Comment